Illum Mark Laurence u Deborah Francalanza jagħlqu sena flimkien. Mark ħalla messaġġ lil Deborah f’dan il-jum speċjali, “Din kienet sena iebsa għalija, għal ħafna raġunijiet, iżda kienet ukoll sena tajba ħafna għal raġuni oħra… int.”
Hu jkompli l-messaġġ tiegħu billi jgħidilha, “Grazzi talli tlaħħaq miegħi u talli dejjem kont hemm. Jien tant xortija tajba u grat lejk.” Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil Mark u lil Deborah għall-aktar snin ta’ kuntentizza flimkien.