Il-kantanta lokali Claudia Faniello kienet parti mill-mixja organizzata minn Caritas Malta. Caritas kontinwament qed ikunu appoġġ għal tant individwi fl-agħar żminijiet ta’ ħajjithom.
Claudia, apparti li tħobb tgħin, għandha rispett u ammirazzjoni kbir lejn din l-organizzazzjoni.
“Għodwa mill-isbaħ li qattajt flimkien ma’ Paolo u tant nies oħra li nġabru għall-mixja ta’ Caritas Malta ta’ din is-sena. Din l-organizzazzjoni hija għażiża ħafna għal qalb il-familja tagħna. Dejjem grati għax-xogħol siewi li jagħmlu.”
Prosit Claudia!
Facebook/ Claudia Faniello