"Din Mhux Każ Ta' Diskriminazzjoni Iżda Ta' Sens Komun Minħabba Jekk Xejn Iġene" – Taqbel Ma' Dan L-Argument?

Diskussjoni li tqum ħafna bosta drabi fost dawk li jħobbu l-annimali hi jekk wieħed għandux jaċċetta klieb fil-ristorant tiegħu. Dawk li jħobbu l-annimali jgħidu li iva, filwaqt li jkun hemm min jargumenta li mhux posthom. Jidher li l-kontroversja dwar il-fatt li ma jitħallewx jidħlu f’xi postijiet pubbliċi ma mietet qatt. Hemm diversi raġunijiet dwar din ir-regola, fosthom l-iġene.

Russel Sammut minkejja li jħobb l-annimali, iħoss li din ir-regola li annimali ma jidħlux f’ċerti postijiet hi sens komun. “Din mhux każ ta’ diskriminazzjoni iżda ta’ sens komun minħabba jekk xejn iġene… ħafna drabi ma tkunux tridu tieħdu l-kelb biex jiddeverti hu iżda biex ikun konvenjenti għalikhom (u ta’ inkonvenjent għal ħaddiehor) u qabel jaqbeż xi ħadd li ma jafnix anke jien sa ċertu punt inħobb l-animali.”

Int x’taħseb dwar dan? Għaddej minn sitwazzjoni simili jew taf min?





Eduardo Llanquileo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI