Tibqa’ mfakkra bħala waħda mill-akbar traġedji f’Malta. Traġedja li ħasdet disa’ ħajjiet! Disa’ rġiel li ma rritornawx lejn il-familji tagħhom dakinhar. Disa’ familji li spiċċaw jibku t-telfa ta’ persuna tant u tant għażiża għalihom u magħhom beka l-pajjiż.
Proprju fit-3 ta’ Frar tal-1995, disa’ ħaddiema tilfu ħajjithom waqt li kienu qed jaħdmu bil-lejl fuq il-vapur Libjan Um El Faroud. Din kienet l-akbar traġedja li qatt kien hemm fit-tarzna. Il-paġna Malta, News, Photos & People tgħid, “Disa’ ħaddiema li flok qagħdu d-dar għas-sħana tal-friex marru jaħdmu bil-lejl jissieltu mal-ħadid biex jaqilgħu dik ix-xi ħaġa żejda għall-familja u qatt ma marru lura d-dar. Min iħalli ħajtu fuq il-post tax-xogħol hu il-veru martri.”
Gwida.mt tixtieq isellem il-memorja ta’ dawn id-disa’ ħaddiema. Strieħu fis-sliem George Xuereb, Simon Pisani, George Aquilina, Anthony Vassallo, Charles Callus, Simon Mifsud, Angelo Sciberras, Mario Hales u Paul Seguna.
Facebook / One Stop Malta