Disinjatur Malti Jagħti Ġieħ Lil Nannuh, Li Qatta Ħajtu Jħaddar Il-Lokalità Tiegħu

Id-disinjatur lokali Ed Dingli, li huwa attivist tal-protezzjoni tal-ispazji ħodor f’Malta, ta l-isbaħ ġieħ lin-nannu tiegħu, li llum m’għadux magħna u li kien iqatta’ l-ġranet iħaddar il-lokalita tiegħu, li llum hi magħrufa bħala Paceville.





Dwar ritratt ta’ ġnien tal-kaktus imħawwel min-nannuh, Ed qal li inizjalment kien ferm ikbar, iżda sfortunatament inqered biex jitħejja post għal parkeġġ. Imma nannuh ħawwel wieħed ġdid fis-centre-strip.

“Matul ħajtu kollha ra lir-raħal tiegħu jinbidel minn grupp idiliku ta’ djar fejn il-baħar għal ċentru tal-lukandi u nightclubs li hemm illum. Imma qatt ma smajtu jilmenta dwar dan… minflok hu ħa l-inizjattiva li jħawwel kemm seta’ fiż-żona żgħira tiegħu, billi żied ukoll bankijiet u bins biex jipprova jnaqqas l-iskart, “kiteb Ed.



“Lezzjoni tajba għalina lkoll dwar kif nistgħu nagħmlu differenza jekk nibdew billi niffukaw fuq il-komunità żgħira tagħna stess”, spiċċa Ed.

Facebook/Ed Dingli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI