Fuq il-paġna Malta, News, Photos and People, infermiera bgħatet ritratt tagħha nnifisha u żvelat il-ħsibijiet tagħha dwar dawk li qed jikkritikaw lil min ħa l-vaċċin kontra l-Covid-19.
“Dispjaċuta bil-kritika li saret u qed issir lejn l-infermiera li ħadu t-tilqima. Faċli tiġġudika. Aktar diffiċli taħseb,” bdiet hi.
“Suppost issa li għandna t-tilqima ninsabu aktar magħqudin, qed nuru aktar empatija, nirrispettaw aktar lil xulxin. Qed nuri dan ir-ritratt bħala xhieda. Inħoss li bħala infermiera għandi rwol importanti biex inqajjem kuxjenza fuq it-tilqima. Nemmen li dan hu dover tagħna l-infemiera. Dan nagħmlu bi kburija.”
X’inhi r-raġuni li n-nies jikkritikaw lill-frontliners? Li kieku konna minn flokhom l-istess konna nagħmlu?
Facebook/Malta, News, Photos and People