Is-sit Maltese Islands Weather qed ibassar li tmiem din il-ġimgħa, b’mod partikolari l-jiem tal-Ġimgħa, s-Sibt u l-Ħadd, se jkunu ddominati minn numru ta’ ħalbiet tax-xita.
F’dawn il-jiem ir-riħ se jkun qiegħed jitqawwa xi ftit filwaqt li hu mistenni li t-temperatura terġa’ tinżel xi ftit u f’xi waqtiet saħansitra tinħass daqs 8°C.
Dan hekk kif bħalissa ninsabu fil-jiem tal-Milied fejn ħafna jkunu qed jistennew it-temp xitwi ta’ xita u ksieħ.
Facebook / Malta Weather u Pexels