Diversi Purċissjonijiet Tal-Ġimgħa L-Kbira Madwar Malta U Għawdex Jiġu Kkanċellati

Għall-Ġimgħa l-Kbira, isiru diversi purċissjonijiet madwar Malta u Għawdex bħala tradizzjoni li tfakkar it-tbatija li għadda minnha Ġesu.

Din is-sena nzerta temp xejn sabiħ u minħabba s-sigurta`ta’ kull min jieħu sehem f’dawn il-purċissjonijiet, kif ukoll minħabba li l-istatwi jistgħu jinkisru, diversi minn dawn il-purċissjonijiet ġew ikkanċellati. Ġie rrappurtat li l-purċissjonijiet kollha ta’ Għawdex ġew ikkanċellati u diversi oħrajn f’Malta wkoll ġew ikkanċellati filwaqt li villaġġi oħrajn għadhom qed jiddeċiedu skont kif jibqa’ t-temp.

L-uffiċju meterjoloġiku ħabbar twissija safra minħabba l-maltemp qawwi u ħeġġeġ lil kulħadd jibqa’ ġewwa fejn hu possibbli.

Sfortunatament din il-Ġimgħa Kbira hi waħda b’differenza iżda xorta nistgħu nirriflettu u nitolbu mid-dar dwar il-passjoni ta’ Ġesu Kristu.







Ritratti:

Pexel Free

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI