Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Division 7 ġie mħabbar uffiċjalment li minn Settembru li ġej ser inkunu qed insegwu t-tmiem ta’ din il-produzzjoni li ħalliet impatt enormi fuq is-segwaċi Maltin u Għawdxin.
Fil-fatt is-sensiela li jmiss ser tkun l-aħħar waħda u ser tibda fit-30 ta’ Settembru 2020. Ħafna kkummentaw li jinsabu ħerqana biex jaraw kif ser tkompli (u tispiċċa) l-istorja. Ma jonqsux ovvjament dawk li juru x-xewqa li din ma tkunx l-aħħar sensiela u li tkompli f’Settembru ta’ wara, 2021.
X’inhi l-aktar ħaġa li tinsabu ħerqana li taraw minn din is-sensiela?