Fuq is-sit CNBC ġie rrappurtat li l-vaċċin Covid-19 Pfizer u BioNTech huwa sigur biżżejjed u jidher li kapaċi jiġġenera rispons immunitarju robust fuq it-tfal. Fi prova klinika ta’ tfal minn 5 snin sa 11-il sena, b’kors ta’ żewġ dożi ta’ 10 mikrogrammi, jidher li kien hemm reazzjoni tajba.
Madwar terz tad-dożaġġ użat għaż-żagħżagħ u adulti ġew amministrati tliet ġimgħat ‘il bogħod minn xulxin fuq xi tfal. Huma qed jippjanaw li jibagħtu r-riżultati fid-dettall lill-FDA u lil regolaturi oħra tas-saħħa “malajr kemm jista ‘jkun.” Waħda mir-raġunijiet tkun li ħafna mill-ġenituri jinsabu anzjużi għall-fatt li uliedhom dalwaqt jirritornaw lura lejn l-iskola.
Barra minn hekk, sal-aħħar t’Ottubru l-kumpanija Pfizer tistenna li tirrilaxxa riżultati tal-provi kliniċi dwar kemm taħdem sew it-tilqima fi tfal ta’ bejn is-6 xhur u l-5 snin.
Int taħseb li t-tfal żgħar ta’ dawk l-etajiet għandhom jirċievu d-doża?
Facebook/ The Quint