DWARNA

Gwida.mt hu sit kollu kemm hu bil-Malti, b’kontenut li jiffoka primarjament fuq lifestyle, gossip u personalitajiet! Gwida.mt illum il-ġurnata huwa l-iktar sit popolari f’Malta fost il-siti kollha bil-lingwa Maltija. Huwa wkoll l-iktar sit popolari fil-ġeneru tal-lifestyle, gossip u entertainment.

Is-sit sploda fil-popolarità tiegħu u fi żmien qasir sar wieħed mill-akbar portals f’Malta, b’udjenzi b’saħħithom, klassifika mill-aqwa u reazzjoni fenomenali fuq il-midja soċjali.
Il-brand ta’ Gwida, taf il-bidu tagħha permezz tal-magazine, li kien imur lura għall-bidu tas-snin sittin, meta kien tnieda mit-televiżjoni tal-istat bħala magazine informattiv u leġġer li joħroġ kull ġimgħa. Fid-disgħinijiet inbiegħ u sar privatizzat. Il-brand ta’ Gwida qed tara tiġdied u wieħed jista’ jgħid li s-sit qed ikompli jikteb l-istorja tal-Gwida u jibni fuq is-suċċess li sawwar il-magazine.

Gwida.mt kompliet issaħħaħ il-brand tal-Gwida li issa tinsab quddiem nett. Dan kollu żgur li ma jkunx possibbli mingħajr grupp dinamiku ta’ nies li għandhom passjoni kbira għal din ix-xena u dak kollu li qed jiġri madwarna.

IT-TIM TA' GWIDA.MT

Emil Calleja Bayliss

Kittieb

Kyle Zarb

Kittieb

Bernard Xuereb

Kittieb

Charlton Cefai

Kittieb

Gabriella Borg

Kittieba

Cristian Tonna

Kittieb

Raisa Mazzola

Head of Digital & Marketing

Melanie Kelly

Kellymni Podcast Presenter

Marie Claire Camilleri

Head of Sales & Business Development

Jessica Spiteri Catania

Senior Brand Sales Manager

Ivan Naudi

Corporate Sales Manager

Marvic Cutajar

Accounts & Credit Control Manager

Sue Ann Pisani

Operations & Client Relationship Manager

PARTNERS UFFIĊJALI