Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Puttinu Cares kemm-il darba nisimgħu b’persuni li f’avvenimenti diversi ħasbu f’din il-komunità billi għamlu ġabra biex jgħinuhom.
Għal darb’oħra rċevew donazzjoni mill-isbaħ li kienu parti minnha familji sħaħ. Din id-darba mingħand in-nisa ta’ Xatt u l-familjari.
“Grazzi minn qalbna lin-nisa ta’ Xatt u lill-familji tagħhom għas-somma sabiħa ta’ €1,000 li nġabret b’risq Puttinu. Ġest ta’ ġenerożità u solidarjetà li jfisser ħafna. Proset tassew,” kiteb it-tim ta’ Puttinu.
Prosit kbira lil dawk involuti!
Facebook/ Puttinu Cares