Il-jum tal-Ħadd mill-ġdid ra tnaqqis fin-numru ta’ nies li għamlu t-test, dan għaliex ilbieraħ saru 457 test. Minn dawn l-iswabs ma ħareġ ebda każ pożittiv u ma kellna l-ebda każ ta’ fejqan anqas. Dan ifisser li n-numru ta’ każijiet attivi ġo pajjiżna jibqa’ għal dak ta’ 11-il każ.
Statistika interessanti li ħarġu llum fuq hi dik ta’ kemm il-persuna ċċekkja s-sintomi tiegħu online. 42,228 iċċekkjaw online dwar is-sintomi tagħhom minn fuq is-sit li tnieda apposta tul din l-imxija. Dan is-sit jgħaddilek rakomandazzjoni jekk għandekx tieħu t-test tal-Covid-19 jew le, skont is-sintomi li jkollok.
Facebook / Saħħa