Clifford Galea tkellem fuq il-paġna tiegħu dwar xi affarijiet li sar jinnota fejn jara lill-Maltin jikkritikaw lil kulħadd imma mhux lilhom infushom.
Beda billi qal, “Ikollna ħafna mumenti fit-toroq fejn tara nies jipparkjaw hażin, fuq linji doppji sofor, waqfu biex jixtru xi ħaġa, ikollok xi ħadd jistenna fil-karozza u jgħidulek hemm il-mara, hemm mir-raġel… u ovvjament ikunu qed jagħmlu ostaklu għal ħaddieħor.”
Qal ukoll, “Egoiżmu sfrenat. Qaddis jien m’iniex, u mhux ngħid li nagħmel kollox perfett, imma ħafna repetizzjonijiet juru li hija fil-karatteristika tagħna, li ta’ ħaddieħor immaqdruh u ngergru għalih imma tagħna le.”
Hu spjega li l-kwalita` tal-ħajja mhix biss ġejja minn min imexxi l-pajjiż iżda minn x’nistgħu nirranġaw aħna, bħal li ma tarmix barra, tipparkja sew, u tieħu ħsieb lil ta’ madwarek.
Facebook / Clifford Galea