Eileen Montesin maħbuba minn ħafna u s-segwaċi ta’ Instagram tagħha saru jkunu aġġornament b’dak kollu li qed tagħmel permezz tal-istories fuq l-istess pjattaforma. Kulħadd jaf li l-pjanti huma tassew għal qalb Eileen, iżda tard ilbieraħ ilbieraħ filgħaxija tellat storja fejn qalet li minħabba r-riħ li mistenni jagħmel hi ħejjiet kamp.
Dan il-kamp ħa jservi sabiex il-pjanti jkunu protetti u b’hekk ma jitkissrulhiex u jinqelbu meta jagħmel ħafna riħ. Kull min iħobb il-pjanti jifhem il-passjoni ta’ Eileen u r-raġuni tagħha tagħmel sens. Hi għandha diversi pjanti, pjanti differenti u tistqarr li daħlet kemm setgħet pjanti sabiex dawn ilkoll ikunu protetti.
Taf lil xi ħadd li jagħmel bħal Eileen? Jew inkella int xi waħda jew wieħed minn dawk li anke kaktus jirnexxielek toqtol?
Facebook / Eileen Montesin