Meta wieħed jirċievi messaġġ fuq xogħlu ovvjament ser tfisser ħafna, speċjalment jekk ikun wieħed sinċier u mill-qalb. Eileen Montesin illum irċeviet messaġġ mingħand bint li għandha l-ġenituri tagħhom avvanzati fl-età. Din il-bint lil Eileen qaltilha, “Għażiża Eileen, nixtieq nirringrazzjak lilek u l-familja kollha tal-programm sabiħ…”.
Bħalissa Eileen u l-familja qed jipreżentaw ‘Family Affair’ li jkun is-Sibt u L-Ħadd fuq NET. Din l-ittra tkompli tgħid, “Il-ġenituri xjuħ tiegħi qed joqgħodu ġewwa minħabba l-Covid-19, u aħna nagħmluhom ix-xirijiet. Qed jimmisjaw ħafna n-neputijiet għax ilhom ma jarawhom. L-unika wens hu t-televiżjoni”. Fl-ittra tkompli tgħid li ommha tirringrazzja lil Alla talli hemm Eileen biex iżżomilhom kumpanija.
Kemm hu sabiħ li wieħed japprezza! Messaġġ li lil Eileen bidillha l-burdata. Proset Eileen bħal dejjem.