Ejja Nuru L-Appoġġ Tagħna Lit-Tim Malti – Għada Lkoll Flimkien Għajta Waħda, “Forza Malta!”

Hemm mumenti li jgħaqqdu nazzjon sħiħ. Mumenti li fihom inħallu kollox warajna u ningħaqdu bħala poplu wieħed, b’qalb waħda u b’vuċi waħda. Għada huwa wieħed minn dawk il-mumenti.

Malta se tilgħab partita importanti ħafna kontra Lussemburgu, partita li tista’ tagħmel differenza kbira għat-tim nazzjonali tagħna. Fis-18:00, għajnejn il-Maltin kollha għandhom ikunu fuq il-grawnd Ta’ Qali, jew minn fejn ikunu, biex nagħtu l-appoġġ li tant jistħoqqilhom il-plejers tagħna.



Dan mhux biss logħba. Dan huwa mument ta’ kburija nazzjonali. Il-flokk aħmar u abjad jirrappreżenta lilna lkoll, l-istorja tagħna, il-passjoni tagħna u l-imħabba lejn pajjiżna. Il-plejers tagħna se jidħlu fil-grawnd biex jagħtu kollox, u aħna rridu nkunu hemm magħhom, inħossuhom, insostnuhom u nimbuttawhom ’il quddiem. Dan hu ċans uniku li Malta titla f’League C fil-UEFA Nations League, jekk titlef tilgħan f’League D.



Ejja nimlew il-grawnd Ta’ Qali. Ejja nagħmlu l-istorbju. Ejja nuru x’jagħmel il-poplu Malti meta jingħaqad. U għal dawk li ma jistgħux ikunu preżenti, ejja nappoġġjaw minn kull rokna tal-gżejjer tagħna, mid-djar, mill-bars, minn kullimkien għax meta Malta tilgħab, aħna ningħaqdu lkoll flimkien.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI