"Ejjew Insellmu Flimkien Lil Din L-Anġlu" – Titħabbar Meta Ħa Ssir L-Aħħar Tislima Liċ-Ċkejkna Emily

Il-paġna Social Channel Malta flimkien ma’ omm Emily jħabbru li fit-23 ta’ Lulju ħa tkun qed issir iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja taċ-ċkejkna Emily. Iċ-ċelebrazzjoni ħa tkun qed issir, “fit-8.30 am fil-knisja tal-Fgura. Wara ċ-ċelebrazzjoni issir difna privata fil-qabar tal-familja. Il-familja qed titlob bħala lbies ikun roża jew abjad. Importanti li ssewgwu l-istruzzjonijiet tal-knisja għal dakinhar u tal-persuni inkarigati.”





Il-paġna tinforma n-nies ukoll li, “Minflok fjuri qegħdin jiġu apprezzati donazzjonijiet lil Puttinu Cares biex infakkru l-memorja taċ-ċkejkna. Il-familja tixtieq tirringrazzja lil kull persuna li wriet solidarjetà magħha waqt dan iż-żmien diffiċli. Grazzi speċjali tmur għal Puttinu Cares talli dejjem kieku hemm għaliha sal-ahhar vjaġġ taċ-ċkejkna.”

Il-paġna kompliet ukoll tgħaddi att ta’ ringrazzjamenti, “Grazzi lil Gillian tas-sehem u d-dedikazzjoni biex Emily ikollha ċelebrazjoni mill-isbaħ. Grazzi lil kulħadd li qed jagħti sehmu biex nagħtu l-aħħar tislima liċ-ċkejkna tagħna. Grazzi speċjali tmur lill-ħbieb, il-membri tal-familja u nies li ngħaqdu magħna waqt it-tbatija taċ-ċkejkna, is-sapport tagħkom mhux ħa jintesa qatt.”

Il-paġna tagħlaq fuq punt importanti, “Qegħdin nappellaw li biex f’dan iż-żmien delikat inkunu prudenti u tiġi rispettata il-privitezza tal-familja. Ejjew insellmu filmkien lil din l-anġlu, ejjew niċċelebraw ħajjitha issa għandna qaddisa fis-sema li ħa tkun dejjem magħna. Grazzi.”

Facebook / Social Channel Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI