“Grazzi Alla għall-barka tal-familja tagħna b’miraklu ieħor! Aħna kuntenti biż-żieda l-ġdida fil-familja tagħna! Iċ-ċkejken Andreas Carlo twieled kmieni llum u jinsab tajjeb. Il-mummy Eleanor għamlet xogħol ieħor mill-isbaħ. Ebda kliem biex nirringrazzjak biżżejjed għal din it-tarbija sabiħa. Inħobbok,” dawk kienu l-ewwel kelmiet ta’ Carl, ir-raġel ta’ Eleanor Cassar fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu.
Il-koppja għadhom kif laqgħu fi ħdanhom it-tielet wild tagħhom, huma għandhom tifel u tifla. Issa magħhom żdied iċ-ċkejken Andrewas Carlo. Carl, kompla l-messaġġ tiegħu b’ringrazzjament, “Grazzi lill-istaff mill-isbaħ kemm fis-suite Ward kif ukoll fil-sala. L-għajnuna tagħkom hija tassew tal-għaġeb.”
Hu jtemm jgħid, “Kull vjaġġ huwa speċjali fil-mod tiegħu stess u llum jimmarka ġurnata oħra memorabbli u sabiħa f’ħajjitna! Merħba fid-dinja Andreas Carlo.”
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lill-koppja l-isbaħ xewqat f’dan il-jum memorabbli. Ninsabu ċerti li tarbija ġdida ħa ġġib tant ferħ fost din il-familja u l-familjari tagħhom. Awguri.
JJ Chircop – Facebook / Eleanor Cassar