Il-kantanta Maltija Eliza Borg li proprju llum qed tirrappreżenta lil pajjiżna fil-finali tant mistennija tal-Junior Eurovision Song Contest tal-2025 għadha kif tat prestazzjoni mill-isbaħ tal-kanzunetta tagħha ‘I Believe’.
Ħafna kienu dawk il-Maltin li ferħu lil Eliza ta’ 12-il sena talli għamlet daqstant unur lil pajjiżna b’din il-prestazzjoni mill-aqwa.
Din is-sena l-Junior Eurovision qed isir f’Ġeorġja billi fis-sena ta’ qabel kienu huma li ħarġu rebbieħa.
Tistgħu ssegwu l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Junior Eurovision hawnhekk f’xandira diretta.
Prosit tassew lil Eliza Borg!
YouTube / Junior Eurovision Song Contest