Eluf Kbar Ta' Nies Illejla Se Jgawdu L-Belt Valletta!

Illejla fis-6:30pm ser ikun hemm eluf kbar ta’ nies igawdu l-isbuħija tal-port miż-żewġ naħat tal-Belt Valletta. Dan kollu fi trażmissjoni mill-paġna ta’ DJ popolari Tenishia li ser idoqq għal siegħa sħiħa f’inżul ix-xemx abbord id-dgħajsa ‘Faith’.





Din ser tkun parti minn sensiela online li Tenishia qed jagħmel fuq il-paġna tiegħu bl-isem ta’ ‘Chasing Sunsets’. Sensiela li turi l-isbuħija ta’ pajjiżna. ‘Chasing Sunsets’ hija kollaborazzjoni li rat il-fjur tagħha daqs sena u nofs ilu, f’kollaborazzjoni bejn id-DJ internazzjonali Malti u il-pjattaforma ‘Let’s Get Live’, bil-mira li tipromovi postijiet ikoniċi f’pajjiżna permezz tal-mużika u filmati professjonali.

Madwar 3 miljun u aktar issoltu jgawdu dan l-ispettaklu, fi trażmissjonijiet minn diversi postijiet f’Malta bhal forti Sant Anglu, It-Torri ta’ Kemmuna, Mdina u oħrajn. Segwaċi minn kull rokna tad-dinja.

Ix-xandira tal-lejla ser tibda fis 6.15pm fuq www.facebook.com/tenishia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI