“Emily Meta Kellha Biss Sena Kellha Bżonn Tieħu Kura Londra UK, Ħabba Kanċer Rari” – Puttinu Cares

Il-paġna ta’ Puttinu Cares qasmet messaġġ li ma jistax ma jmisslekx qalbek. Dan huwa messaġġ ta’ ringrazzjament minn ġenitur ta’ Emily, tifla ċkejkna li kellha bżonn il-kura.

Kitbu, “Emily meta kellha biss sena kellha bżonn tieħu kura Londra UK, ħabba kanċer rari li kellha, Neuroblastoma. Għamilna hemm sitt xhur sakemm ħallietna noqogħdu fi flat ta’ Puttinu f’Sutton. Lanqas nimmaġina x’kien jiġri kieku ma kinux huma. Jien dak iż-żmien stajt niffoka biss fuq Emily u l-bqija ħallejt kollox f’idejhom. M’hemmx kliem biżżejjed biex nirringrazzjahom.”



Nirringrazzjaw lil Puttinu Cares tad-dedikazzjoni tagħhom biex jgħinu lil dawn il-familji li jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli mmens. Ninsabu grati għal dak kollu li jagħmlu mal-Maltin u nitolbu għal kull min bħalissa għaddej mill-kura.





Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI