Il-paġna Social Channel ħabbret l-aħbar li qatt ma xtaqna li nirrapurtaw, iċ-ċkejkna Emily ħalliet lil din id-dinja aktar kmieni llum.
Huma kitbu, “Għeżież ħuti Maltin u Għawdxin b’dieqa nħabbru li l-anġlu tagħna Emily ħallietna. Minn hawn nixtiequ nirringrazzjaw lill-eluf ta’ Maltin u Għawdxin li dejjem kienu magħna biex nitolbu għal din iċ-ċkejkna Emily bit-tbatija tagħha għallmitna kif ngħixu, Issieltet mal-ħajja u għaqdet lil kulħadd.”
Komplew kitbu, “Grazzi Emily ħa tibqa’ go qalbna Inħobbuk anġlu tagħna u ma ħa ninsewk qatt. Kondoljanzi lill-familja kollha tagħha speċjalment lil ommha li b’ tant dedikazzjoni ħadet ħsiebha ninsabu warajkom f’dan il-mument ta’ dieqa.”
Aħna ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja ta’ Emily. Jiddispjaċina ferm għal din it-telfa għażiża.