"Emminni, Dawk L-Atti Iżolati Ma Jirrappreżentawx Kif Il-Maġġoranza Tal-Maltin u L-Għawdxin Iħossuhom Dwar Il-Komunità LGBTIQ" – Owen Bonnici

Wara li l-kantanta ta’ X Factor Lucy Spraggan u l-maħbuba tagħha għaddew minn zeblieħ u tkasbir minn xi persuni waqt il-vaganza tagħhom hawn Malta, hi qassmet ħsieb fuq il-midja soċjali li rawh bosta. Ħafna wrew ir-rabja tagħhom lejn dawn l-inċidenti, u ħassewhom mweġġa’ li Malta u Għawdex ġew mħammġa b’dan il-mod minħabba l-attitudni u l-aġir ta’ xi wħud.

Fost dawk li kkummentaw u wrew simpatija, kien il-Ministru Owen Bonnici, li hu responsabbli għall-ugwalità hawn Malta.

“Lucy, bħala l-Ministru responsabbli mill-Ugwaljanza f’Malta inħossni disgustat ħafna b’dawn l-esperjenzi koroh li għaddejtu minnhom. Emminni, dawk l-atti iżolati ma jirrappreżentawx kif il-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin iħossuhom dwar il-komunità LGBTIQ. Aħna kburin immens li aħna favur b’mod passjonat l-ugwaljanza u d-drittijiet tal-LGBTIQ f’Malta u nixtieq minn qalbi li inti u s-sieħba tiegħek tingħaqdu magħna hawn Malta meta nkunu qed nospitaw il-Europide fl-2023. Tgħanniqa minn Malta!”

Ħafna apprezzaw il-messaġġ ta’ Owen minkejja li xi wħud żvugaw dak li raw jew esperjenzaw fil-passat u weġbuh li dan il-każ ilu jseħħ f’pajjiżna. Grazzi Ministru talli tkellimt favur is-sewwa! Solidarjetà ma’ Lucy u dawk kollha li jgħaddu minn dawn l-esperjenzi koroh.



re





Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI