Il-paġna Malta Red Cross xerrdet avviż importanti rigward ir-riħ qawwi li qed nesperjenzaw. Diversi bajjiet madwar Malta huma mmarkati b’żewġ bnadar ħomor, li tfisser twissija biex ma ngħumux fihom.
“Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jkunu estremament perikolużi għall-għawwiema u dawk li jżuru l-baħar. Bajjiet affettwati jinkludu: – Ġnejna – Għajn Tuffieha – Golden Bay – Perched Beach – Fond Ghadir – Żurrieq – Lapsi – San Ġorġ – Bajja tal-Balluta”
Għas-sigurtà tiegħek u tal-membri tas-salvataġġ inti ġentilment mitlub biex tevita li tgħum f’baħar imqalleb, issegwi l-istruzzjonijiet tas-salvataġġ f’kull ħin, u tibqa’ infurmat dwar l-aġġornamenti tat-temp u l-kundizzjonijiet tal-bajja.
Il-kooperazzjoni tal-pubbliku hi kruċjali biex tgħin ħalli niżguraw is-sigurtà ta’ kulħadd.
Malta Red Cross jagħlqu, “Ejja naħdmu flimkien biex nipprevjenu kwalunkwe inċident u nżommu l-bajjiet tagħna sikuri. Grazzi talli qed tifhmu u tal-appoġġ tagħkom.”