“Erba’ Snin Illum Għażiża Ommi. Xorta Nimmissjak Kuljum… Inħobbok Dejjem” – Joseph Armani

Omm Joseph Armani

Bħal-lum Joseph Armani ġarrab it-telfa tal-għażiża ommu, persuna prezzjuża f’ħajtu li dejjem sabha ta’ appoġġ f’ħajtu. Joseph f’din id-data jfakkar il-memorja tagħha, u jesprimi kemm in-nuqqas tagħha jibqa’ jinħass.

“Illum erba’ snin għażiża ommi. Xorta nimmisjak kuljum. Ibqa’ ħarisna lkoll… Inħobbok dejjem,” kiteb Joseph. Qasam ritratt li żgur tant jgħożż fejn hemm ommu flimkien mal-għeżież neputijiet tagħha.

Insellmu l-memorja ta’ omm Joseph. Kuraġġ dejjem lill-familjari kollha.







Ritratti:

Facebook/ Joseph Armani

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI