“Erba’ Snin Mill-Mewt Tal-Professur Albert Fenech Li Kien Joqgħod Is-Siġġiewi.” – L-MP Jerome Caruana Cilia

Il-Membru Parlamentari Jerome Caruana Cilia fuq il-mezzi soċjali tiegħu fakkar il-memorja għażiża ta’ Albert Fenech, il-professur tal-qalb li għadda għall-ħajja ta’ dejjem erba’ snin ilu.



Hu kiteb, “Erba’ snin mill-mewt tal-Professur Albert Fenech li kien joqgħod is-Siġġiewi. Imfakkar għall-ġid kbir li għamel fil-qasam tas-saħħa, fosthom, li fl-1995 waqqaf flimkien mal-kardjologu Alex Manche id-Dipartiment tal-Kardjoloġija f’pajjiżna. Fejjaq ħafna pazjenti.”



Hu jżid, “Prof. Fenech serva wkoll bħala Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista bejn l-2013 u l-2016. Grazzi tas-servizz tiegħek. Strieħ fis-sliem.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja għażiża tiegħu u nirringrazzjawh tax-xogħol kollu li wettaq.



Ritratti:

Facebook / Jerome Caruana Cilia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI