“Erba’ Snin U L-Weġgħa Għadha Qisu Lbieraħ. Pa, Se Nonorak Billi Niftakar Kemm Kont Straordinarju Iżda Umli.” – Bint Enzo Gusman

Bħal-lum erba’ snin ilu, fit-18 ta’ Diċembru tal-2021, Carmen, mart Enzo Gusman tat l-aħbar fuq il-midja soċjali li l-għażiż żewġha kien miet fil-paċi f’daru fil-Kanada wara perjodu twil ta’ tbatija.

Dan kien xokk għal Malta u Għawdex kollha, hekk kif kien raġel maħbub minn kulħadd.

Fost l-iktar kanzunetti minn tiegħu li jibqgħu maħbuba hemm, Fil-Pjazza tar-Raħal, Inħossni Kburi Bik, It-Teatru, Fis-Sewwa U Fid-Dnewwa, kif ukoll Żeppi u Grezz.



Bint Enzo, Johanna xerrdet filmat ta’ Enzo jagħti waħda mill-wirjiet mill-aqwa tiegħu.



Hi kitbet, “Erba’ snin u l-weġgħa għadha qisu lbieraħ. Pa, se nonorak billi niftakar kemm kont straordinarju, iżda umli. Grazzi għall-affarijiet meraviljużi kollha li għallimtni. Qed nagħmel l-almu tiegħi biex ngħaddihom lil ħaddieħor. Inħobbok u nimmisjak kuljum.”

Għal dejjem f’qalbna għażiż Enzo. Strieħ fis-sliem.



Ritratti:

Facebook/ Johanna Gusman

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI