Jinsab kuntent se jtir hekk kif wara 4 xhur mingħajr ‘djing’, illejla ser jerġa’ jdoqq għall-ewwel darba. Hekk qal Dj Claytonic fuq il-profil tal-facebook tiegħu fejn sostna li “4 xhur mingħajr ‘djing’ huma 4 xhur fejn fihom kellu parti kbira minnu nieqsa.
Semma kif fi 13-il sena li ilu jdoqq, qatt ma kellu pawża daqshekk twila.
Kos hux?! Kemm affetwatna f’kull sfera u aspett, din il-Covid! Ħu gost Claytonic u lilkom li tiddevertu bil-mużika. Bħal dejjem, moħħkom hemm!
Ritratt: Facebook/ Claytonic Cauchi