Eritrean Imut Ta’ 127 Sena – Tgħid Ħa Jidħol Fil-Guinness World Records?

Raġel fl-Eritrea miet fl-età ta’ 127 sena, qalet il-familja tiegħu, u esprimiet it-tama li Natabay Tinsiew jsib ruħu fil-Guiness World Records bħala l-ixjaħ persuna li qatt għexet.

“Il-paċenzja, il-ġenerożità u l-ħajja ferrieħa” kienu s-sigrieti wara l-fatt li għex għal daqshekk snin, qal lin-neputi tiegħu Zere Natabay lil BBC Tigrinya.





In-neputi tiegħu qal li r-rekords tal-knisja – inkluż iċ-ċertifikat tat-twelid tiegħu – urew li twieled fl-1894 – is-sena li tgħammed iżda l-familja tas-Sur Natabay emmnet li huwa fil-fatt twieled fl-1884, iżda tgħammed 10 snin wara, meta saċerdot ġie r-raħal tagħhom.

Jidher li diġà sar il-kuntatt mal-Guinness World Records biex jivvalidaw d-dokumenti uffiċjali tat-twelid tiegħu, u qed jistennew mingħandhom. Jeanne Calment, mara Franċiża, li mietet fl-1997 fl-età ta’ 122 sena, hija l-iktar persuna li għexet s’issa.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI