Wara li ħarġet l-aħbar dwar min se jkunu l-erba’ membri tal-ġurija għall-istaġun li jmiss ta’ X Factor Malta, Ira Losco tat il-kummenti tagħha. Lil Ira rajniha wkoll fl-ewwel u t-tieni staġun ta’ dan il-programm li ġibed lejh udjenza enormi fuq l-istazzjon nazzjonali.
Ira qalet li tinsab kuntenta tħabbar li ser terġa tkun parti mill-ġurija għat-tielet staġun ta’ X Factor Malta. “Ħerqana Biex Għal Darb’oħra Nisma’ Talent Ġdid U Inkredibbli” żiedet tgħid.
M’għandniex dubju li għal darb’oħra, Ira ser tagħmel xogħol eċċezzjonali bħala membru tal-ġurija. Nawgurawlha għat-tielet staġun.
Facebook / Ira Losco