“Ċert Li Se Jkollna Xi Beraq U Sajjetti Madwarna U Aktarx Anki Fuqna. Hemm Ċans Tajjeb Ta’ Xi Ħalba Xita.” – Mid-Djarju Tat-Timba

Il-paġna lokali Mid-Djaru tat-Timba qiegħda taqsam aġġornament dwar it-temp li mistennija jkollna fil-jiem li ġejjin. Skont l-aħħar informazzjoni li ppubblikaw, “Ajru dieħel mill-Punent jasal għandna għada, u hemm ċans li dan jibda jinħass minn kmieni filgħodu. Huwa ċert li se jkollna xi maltempata bi beraq u sajjetti madwarna, u aktarx ukoll fuqna. Hemm ukoll ċans tajjeb ta’ xi ħalba xita li tista’ tinżel f’ħinijiet differenti tal-ġurnata.”

Fuq l-istess paġna, il-komunità wissiet ukoll biex in-nies ikunu ppreparati għal kull xenarju. “Sħab tal-beraq diġà qed jifforma u hemm ukoll ċans ta’ silġ,” qalu fl-aġġornament tagħhom. Huma jħeġġu lil kulħadd biex jagħtu każ u jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa, bħal ngħidu aħna biex iddaħħlu l-qsari jew oġġetti oħra li jistgħu jinqalgħu bir-riħ. Skont it-tbassir, ir-riħ se jdur bejn in-Nofsinhar u l-Lbiċ u mistenni jkun ta’ forza moderata.

Dan ifisser li l-ġurnata ta’ għada tista’ tkun imħallta bejn perjodi ta’ temp kwiet u oħrajn ta’ maltemp, u għalhekk il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ sabiex iżomm ruħu aġġornat u jopera b’kawtela. Din hija parti minn sensiela ta’ aġġornamenti regolari li Mid-Djaru tat-Timba jagħtu lill-komunità tagħhom biex kulħadd ikun jaf x’għandu jistenna u jkun jista’ jħejji ruħu għal kwalunkwe sitwazzjoni.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI