Il-kunsillier mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun Jurgen Grixti għadda messaġġ fuq il-midja soċjali dwar xi ħaġa li forsi għandha tinstema’ bażika ħafna… iżda sfortunatament għal ċertu nies ikollok tgħid l-ovvju!
“Tipprova ssebbaħ biex naraw Ħamrun aħjar u mbagħad ċertu individwi lanqas pjanta komuni ġo pot ma jħallu,” beda Jurgen.
“Minflok jirraġunaw li dil-pjanta ser tikber u ssebbaħ il-post jaqbdu u jneħħuha… Kieku ingħatat iċ-ċans kienet tikber u dak li jkun seta’ jieħu xi cuttings b’mod diċenti. L-egoiżmu.”
Ġieli ġratlek xi ħaġa bħal din lilek? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Jurgen Grixti