Meta wieħed jisma’ b’isem Freddie Portelli, moħħok malajr imur fuq is-suċċessi li l-kantant kellu tul is-snin. Is-sena li għaddiet rajna wkoll il-musical Il-Kbir Għadu Ġej b’kanzunetti mill-isbaħ minn tiegħu li ħadu libsa ġdida b’interpretazzjonijiet varji!
Emma Cutajar, tfajla ta’ 14-il sena b’mod esklussiv fuq Gwida.mt qed tniedi l-kanzunetta I Got The World bi kliem u mużika ta’ Freddie Portelli. Din hi l-ewwel kanzunetta li Emma qed tniedi bl-Ingliż iżda mhix l-ewwel kanzunetta tagħha.

Il-kantanta żagħżugħa ta’ 14-il sena ġa ħarġet erba’ kanzuentta bil-Malti li kienu It-Tim Tiegħi, Kunċert, Ta’ Rasi u Bla Ma Rrid li nediet f’Settembru li għadda.
Rajnieha fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior u wkoll fl-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ. Emma kellha ċ-ċans li tippreżenta l-aħħar żewġ edizzjonijiet tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior.
I Got The World ġiet verament b’ċans, dan għaliex Freddie Portelli sema’ lil Emma tkanta f’attività u għoġbitu, minn hemm iddeċieda li jikbtilha kanzunetta għaliha.
Din kienet sorpriża għat-tfajla, iżda sorpriża sabiħa li laqgħet bi ħġarha. Hawn taħt aħna ħa nħallukom tgawdu mill-kanzunetta tagħha I Got The World.