Illejla episodju ieħor eċċitanti ta’ Division 7, qed noqorbu lejn l-aħħar u mistenni li jkunu episodji kbar li jħalluk bla nifs! Tkellimna ftit ma’ Jason Zerafa li hu l-moħħ wara din is-serje. Kull ma qalilna li xi ħadd minn dawn it-tlieta illejla ser imut;
Karl – Parti interpretata minn Redeemer Galea. Karl huwa pulizija li inqagħad mat-tim taċ-Chewy. Irnexxielu jakwista somma flus, mitejn elf biex inkunu preċiżi minn din il-gang. Iżda spiċċa biex qatilhom kollha għax ħaseb li kienu ser jikxfuh mal-pulizija! Biss Lorenzo meta sar jaf li dawn mietu u ma semax bl-isem ta’ Karl, induna li kien hemm xi ħaġa ħażina. Tgħid hu ser joqtlu?

Ġanni l-Aħmar – Karattru interpretat minn Clint Grech. Dan ftit nafu fuqu u llejla ser niskopru ftit aktar fuq dan il-karattru misterjuż. Rajnieh ftit episodji ilu fi flashback meta l-ispettur jħalli lil dik l-omm tqila tmur mingħajr ma jistaqsi fuqha. Ġanni kien wieħed mill-gang. Biss min irrid joqtlu u għaliex? Nafu biss li dan jinsab il-ħabs!

Il-Brimbu – Davide Tucci iqaxxar din il-parti! Dan hu karattru li hemm ħafna nies li jriduh mejjet, fost dawn hemm in-Niċċa talli kixfu u qatilu l-mara u kien kważi ser joqtol lilu wkoll. Hemm wkoll id-Dondon li kien parti mill-klikka, imma dan lest biex joqtol lill-albar ħabib tiegħu? Ma ninsewx li l-Brimbu mar jitħabbeb ma’ Reno l-Grokk sabiex iġiblu l-flus moħbija. Reno qabbad lil Brimbu biex joqtolu lil xi ħadd, ordni minn membru parlamentari, tgħid illejla ser imur kollox ħażin?

Aħna nafu fiċ-ċert li wieħed minn dawn illejla ser imut! Iżda min tgħid Karl, Ġanni jew il-Brimbu?