Kuntistabbli u raġel ieħor b’kumbinazzjoni kienu qiegħdin jgħaddu minn triq salvaw żewġ vittmi li kienu qiegħdin f’aċċident tat-trafiku. Il-Kuntistabbli li ma kienx xogħol, waqaf biex jgħin dawn iż-żewġ ċittadini Taljani wara li l-karozza tagħhom laqtet barriera tal-konkrit, inqalbet u ħadet in-nar fi Triq San Andrija f’San Ġiljan.
Il-Kuntistabbli qagħad hemm sakkem ġew is-servizzi ta’ emerġenza. Fuq il-post ukoll issejħu l-pulizija ta’ San Ġiljan, tim mediku mill-isptar Mater Deu u memberi mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. L-irġiel Taljani ġew rikoverati u ċċertifikati li jsofru minn ġrieħi gravi u serji rispettivament. Tifħir mistoqq lill-kuntistabbli li minkejja li ma kienx xogħol għen u għamel dan il-ġest nobbli.