Eurovision Song Contest Malta Jitfgħu Ħjiel Ta’ Min Jistgħu Jkunu L-Preżentaturi Tal-Edizzjoni Ta’ Din Is-Sena

Il-Eurovision Song Contest Malta għadhom kif jitfgħu ħjiel ta’ min jistgħu jkunu l-preżentaturi tal-edizzjoni ta’ din is-sena. Dan permezz ta’ tliet kazunetti differenti b’lirika li tagħti x’tifhem l-ismijiet tal-preżentaturi.

Minkejja li xejn mhu kkonfermat, Gwida taħseb li t-tliet preżentaturi se jkunu Gaia Cauchi, Destiny Chukunyere, u Kurt Calleja. Dan għaliex fil-lirika ta’ dan il-filmat, Mary Spiteri tgħid ‘Destiny’, the Buskers jgħidu ‘This is the Night’ fil-kliem, u fl-aħħar filmat qed titkanta Kanzunetta jisimha ‘Gaya’.



Bosta persuni fil-kummenti pruvaw jaqtgħu min se jkunu l-preżentaturi permezz ta’ dan il-ħjiel, u aħna mit-tim ta’ Gwida.mt ninsabu fuq ix-xwiek biex nikkonfermaw min verament se jkunu! Intom taqblu mal-ħsibijiet tagħna?





Ritratti:

Facebook / Eurovision Song Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI