Is-sewwieqa huma avżati biex jevitaw il-bypass ta’ San Pawl il-Baħar minħabba li kien hemm inċident ikrah li jinvolvi mutur. Il-pulizija ħarġu wkoll dan il-parir fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom.
L-inċident jidher li kkawża konġestjoni fix-Xemxija u anke Kennedy Grove peress li ħafna karozzi jinsabu mwaħħla fit-traffiku. L-aħjar huwa li jintużaw toroq alternattivi għalissa.