"Evitaw Toroq Magħrufa Li Jżommu L-Ilma Tax-Xita, Speċjalment Żoni B'Widien Li Possibilment Jimtlew Bl-Għargħar" – Il-Protezzjoni Ċivili

Ftit ilu ħabbarna li ebda ciklun jew maltempati esaġerat mhuma mbassra li jolqtu l-gżejjer Maltin. Madankollu l-avviż li għaddew ilbieraħ il-protezzjoni ċivili jibqa’ jgħodd, meta tara li t-temp fi ftit ħin qed jagħmel tibdil drastiku.

Dal-aħħar il-gżejjer Maltin esperjenzaw ammont kbir ta’ ilmijiet minħabba l-maltemp li jinqala’ f’xi waqtiet. Fuq il-paġna uffiċjali l-protezzjoni ċivili ħeġġu lill-pubbliku biex jibqa’ kawt.

“Il-protezzjoni ċivili qed javżaw lilkom il-pubbliku biex fejn tistgħu evitaw toroq magħrufa li jżommu l-ilma tax-xita, speċjalment żoni b’widien… fejn hu possibbli evitaw vjaġġi twal minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp.”

It-tim jagħlaq billi jgħid li xogħlhom huwa dejjem disponibbli għal kull bżonn li kapaċi jinqala’, u għaldaqstant huwa dejjem lest biex jintervjeni għall-ġid u s-sigurta tal-pubbliku. Minn qalbna ngħidu lil dawn il-ħaddiema u eroj GRAZZI.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI