Żewġt Itfal Ġew Salvati – Żewġ Każijiet Li Setgħu Spiċċaw Fi Traġedja

Żewġ inċidenti serji li setgħu spiċċaw fi traġedja ġew evitati hekk kif il-membri mill-Malta Res Cross kien pront salva żewġt itfal żgħar milli jegħrqu. Dawn ma kinux akkumpanjati minn xi kustodji jew ġenituri. 

“Għal darb’oħra qed nappellaw għall-ġenituri u l-gwardjani tat-tfal żgħar biex joqogħdu attenti ħafna waqt li jkunu fuq il-bajja. Illum kellna żewġ inċidenti potenzjalment serji li jinvolvu żewġt itfal żgħar li tħallew mhux akkumpanjati fl-ilma f’żewġ bajjiet separati.” L-appell li t-tfal żgħar ma jitħallewx weħidhom jidher li ma wasalx biżżejjed għand min għandu jasal. It-tim ixerred anke ritratti li ttieħdu fuq il-post ta’ dawn l-inċidenti.

“Fortunatament iż-żewġ persuni konċernati ġew salvati mingħajr ġrieħi gravi grazzi għall-intervent fil-pront tal-lifeguards tagħna u persuni fil-qrib.” Prosit u Grazzi lit-tim kollu!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI