Il-kantant lokali Aleandro Pace Tahir, li rajnieh fis-Six Chair Challenge ta’ X Factor Malta, awgura lill-ġenituri tiegħu fil-jum tal-anniversarju tagħhom.
F’post fuq il-profil ta’ Facebook, Aleandro kiteb, “F’dan il-jum speċjali nawgura minn qalbi lil ma u l-pa għas-37 sena Anniversarju miż-żwieġ tagħhom. Il-kelma grazzi qatt ma tista’ tkun biżżejjed għall-imħabba infinita u l-appoġġ li jagħtuna, talli jkunu għalina ta’ ispirazzjoni biex nirsistu u niksbu l-ħolm tagħna, fejn frott ħilithom jirriflettu bil-qabda f’kisbietna.”
Aħna minn qalbna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat!