Joseph Galea, permezz tal-profil tiegħu fuq Facebook awgura lill-għażiża ommu f’dan il-jum. Omm Joseph, illum tagħlaq 83 sena. Hu jikteb, “F’dan ir-ritratt kienet ghadha tkellimna u titbissmilna. Anke jekk illum ma tagħrafniex, jistħoqqilha l-imħabba, ir-rispett u d-dinjità bħal dawk kollha li bħalha għandhom il-kundizzjoni tad-dimensja.”
Madwar sentejn ilu Martina Galea Lofreda, it-tifla ta’ Joseph, ħarġet il-kanzunetta Moħħ ta’ Tifla li biha rebħet il-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior. Il-kanzunetta kienet titratta dan is-suġġett delikat u bil-ħlewwa hi kantat dwar in-nanna tagħha. Hi sitwazzjoni reali li ħafna għandhom familjari li għaddejjin minn din il-kundizzjoni.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil omm Joseph l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż.
Facebook / Joseph Galea