Christopher Colombo huwa fost dawk li tant qed jagħti ħinu biex jgħin lill-batut, fosthom annimali abbandunati kif ukoll tfal morda bil-kanċer. “Erġajt bdejt it-tieni waħda tiegħi għal din is-sena. Il-ġabra tal-Milied. Din il-ġabra se tkun b’differenza. F’din il-ġabra se nkun qed ngħin mhux biss lill-annimali iżda wkoll tfal bil-kanċer.”
Christopher ikompli billi jgħid li din id-darba jixtieq li jkun hemm ġbir aħjar mill-aħħar darba li saret. “Ftakru l-aħwa li iktar ma tgħinu iktar se tkunu qegħdin tagħmlu differenza u iktar se tagħmlu ħolm isir realtà! L-aħħar darba ġbart ftit ‘il fuq minn €2,000. Din id-darba jekk jogħġobkom għinuni nilħaq somma ikbar billi tagħtu d-donazzjoni tagħkom u xxerrdu l-kelma ma’ tal-familja, ħbieb u kollegi tagħkom.”
Ejjewn ngħinu lil Christopher kif nistgħu! Tistgħu tibagħtulu revolut fuq 7981 0681 jew anke permezz ta’ messaġġ privat fuq Facebook. Prosit Christopher!