"F'Din Il-Ġabra Se Nkun Qed Ngħin Mhux Biss Lill-Annimali Iżda Wkoll Tfal Bil-Kanċer." – Jagħti Ħinu Biex Jgħin Lill-Batut

Christopher Colombo huwa fost dawk li tant qed jagħti ħinu biex jgħin lill-batut, fosthom annimali abbandunati kif ukoll tfal morda bil-kanċer. “Erġajt bdejt it-tieni waħda tiegħi għal din is-sena. Il-ġabra tal-Milied. Din il-ġabra se tkun b’differenza. F’din il-ġabra se nkun qed ngħin mhux biss lill-annimali iżda wkoll tfal bil-kanċer.”

Christopher ikompli billi jgħid li din id-darba jixtieq li jkun hemm ġbir aħjar mill-aħħar darba li saret. “Ftakru l-aħwa li iktar ma tgħinu iktar se tkunu qegħdin tagħmlu differenza u iktar se tagħmlu ħolm isir realtà! L-aħħar darba ġbart ftit ‘il fuq minn 2,000. Din id-darba jekk jogħġobkom għinuni nilħaq somma ikbar billi tagħtu d-donazzjoni tagħkom u xxerrdu l-kelma ma’ tal-familja, ħbieb u kollegi tagħkom.”

Ejjewn ngħinu lil Christopher kif nistgħu! Tistgħu tibagħtulu revolut fuq 7981 0681 jew anke permezz ta’ messaġġ privat fuq Facebook. Prosit Christopher!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI