F'Għeluq Snin Gwida.mt Ngħaqdu Familja Li Kienet Tilfet Il-Kuntatt Minn Ma' Xulxin

Illum Gwida.mt tagħlaq sena u f’sena irnexielna niksbu ħafna affarijiet sbieħ, fosthom li nitilgħu mal-aqwa 4 portals f’Malta. Iżda xejn ma tana pjaċir daqs dan il-messaġġ li rċivejna.

Ftit sigħat ilu ktibna li mara li tgħix f’San Franciso xtaqet tagħmel kuntatt mal-familja tagħha f’Malta. Kienet tilfet il-kuntatt magħhom u xtaqet li tkellimhom. Wara biss ftit sigħat, bis-saħħa ta’ Gwida.mt,  Sandy issib lill-familja tagħha! “Tgħidx kemm ferħet u bkiet bil-ferħ, għax hi ma kellha ebda kuntatt” tgħidilna qariba ta’ Sandy.

Sandy qaltilhom ukoll li meta ser tkun tista’, ser tiġi Malta u tiltaqa’ mal-familja tagħha. Flimkien ma’ Sandy, il-familja li tgħix Malta qagħdu jitkellmu fuq affarijiet li jiftakru meta kienet żgħira. Xi ħlew! Awguri lil din il-familja Maltija! 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI