Raġel barrani aktar kmieni llum ġie mressaq fil-Qorti tal-gżira Għawdxija mixli b’moħqrija tal-annimali. Qed jiġi allegat li l-każ partikolari seħħ nhar l-Erbgħa, fejn dan ir-raġel jidher ġo filmat qed iniżżel il-qalziet sabiex ikollu x’jaqsam ma’ debba.
View this post on Instagram
L-istorja ġiet irrappurtata minn ONE News fejn jidher li r-raġel barra li deher ineħħi l-qalziet, sawwat lil din id-debba bil-ħadid! Il-każ jidher li seħħ ġewwa x-Xewkija u r-raġel spiċċa taħt arrest wara li ntlemaħ idur fl-istess akwati l-għada li seħħ l-allegat att.