Rajthom dawn? Il-mużiċist u Belti Mark Spiteri Lucas innota li dan l-aħħar tpoġġew dekorazzjonijiet ta’ lampi qishom tal-kamra tas-sodda jixgħelu b’kuluri differenti quddiem il-Kon Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Fuq il-midja soċjali, hu kiteb: “Ippermettuli… Sabiħ li nippruvaw inqajmu l-Belt. Mela le! Imma f’ġieħ kemm hemm min ħareġ b’din l-idea li mal-faċċata tal-ġojjell tal-Kon Katidral ta’ San Ġwann jagħmel dawn ‘il-lamp shades tal-kamra tas-sodda’ naħseb li għandu futur għal karriera fil-home decor u mhux idea ta’ kif iqajjem il-Belt!”
Jidher li wara ftit dawn id-dekorazzjonijiet tneħħew, għax Mark Spiteri Lucas tea’ ritratt ieħor u qal: “Hekk jitlob is-sens komun… il-‘lamp shades’ mhux għal mal-Kon Katidral… Prosit.”

X’jidhirlek minn dawn id-dekorazzjonijiet? Taqbel magħhom? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Mark Spiteri Lucas