Aktar minn 90,000 persuna ħadu l-vaċċin kontra l-influwenza fl-ewwel ġimgħa, qal il-Ministeru tas-Saħħa. Dawn ittieħdu minn nies vulnerabbli u frontliners li qegħdin jgħinu sabiex inkomplu niġġieldu l-pandemija.
Fi stqarrija huma qalu li 100,000 vaċċin kienu disponibbli. B’kollox ġew ordnati total ta’ 250,000 vaċċin bit-tieni konsenja mistennija f’Novembru. Mil-lum, il-vaċċin se jkun disponibbli biss mill-10 ċentri tas-saħħa. Ladarba tasal it-tieni konsenjaa, terġa’ tkun disponibbli wkoll fil-bereġ.
Id-dipartiment tas-saħħa rringrazzja lill-istaff għax-xogħol tagħhom u lill-pubbliku għar-rispons biex jieħdu t-tilqima. Numru rekord ta’ nies li ħadu t-tilqima.