Christopher Il-Kaboċċ, magħruf għaċ-ċajt li jagħmel, saħansitra qal li kien ser jidher fuq Malta’s Got Talent u ma kinitx vera! Imma din id-darba għandna l-provi u l-Kaboċċċ ser ikun qed isajjar kontra ommu fil-programm ‘Gourmet Challenge’. Dan ser ikun ir-raba’ episodju u ser jixxandar il-Ħamis fis-6:30 ta’ filgħaxija fuq TVM.
Tgħid min ser jirbaħ?