Kmieni dalgħodu ħabbarna x-xokk li jinsabu fih tal-Gudja bit-telfa ta’ Jane, waħda minnhom. Bintha Charlene, ħalliet messaġġ fuq il-mezzi soċjali li żgur qasam ħafna qlub, speċjalment ta’ dawk li kienu jafu lil Jane jew inkella għaddew jew għaddejjin mill-istess uġigħ ta’ Charlene.
Charlene kitbet, “Ma, f’ħajtek għallimtni kollox, imma l-unika ħaġa li ma għallimtnix kif ngħix mingħajrek. X’ħa nagħmel mingħajrek? Għalija inti kont l-iktar persuna għażiża. Miegħek l-aktar li kont inqatta’ ħin, dejjem issibni warajk u miegħek, għandna ħafna memorji sbieh flimkien li ħa nibqa’ nġorrhom miegħi tul ħajti.”
Hi tkompli tgħid, “Imma l-ferita li għandi f’qalbi ma tista’ tmur qatt. Inħobbok immens mammina tiegħi bħal ma kont ngħidlek ta’ sikwit. Strieħ fis-sliem mammina tiegħi u ħarisna minn hemm fuq għax għandna bżonnok.”